L-aħħar kapitlu ta' dal-ktieb
Fadal biss ritratti u tifkiriet
Imxejna dejjem int u jien
Id f'id
Inħalli lil qalbi tieħu n-nar
L-arterji jsiru rmied u trab
Qsamna l-ibħra int u jien
Sat-tarf
Int u jien
Int u jien
Int u jien
Sat-tmiem
U tistax ix-xemx iddub
Bik id-dinja tibqa' ddur
Ma' kull għabex dejjem hemm
Fi żgur
Inżeffen tajra f' sema blu
Inħares lejn wiċċek magħdur
Kif dan iż-żmien tar?
Għeb maċ-ċpar
Int u jien
Int u jien
Int u jien
Sat-tmiem
Int u jien
Int u jien
Int u jien
Sat-tmien
U jekk nifs ieħor ma niħux
Żomml' idejja la tibżax
Ixxottali dan id-dmugħ
'ffriżat
Int u jien nerġgħu flimkien
Ngħoddu l-istilel, ngħaddu l-ħin
Fuq imħaded kbar tas-sħab
Mgħannqin
Int u jien
Int u jien
Int u jien
Sat-tmiem
Int u jien
Sat-tmiem
Int u jien
Int u jien
Int u jien
Sat-tmiem
L-aħħar kapitlu ta' dal-ktieb
Fadal biss ritratti u tifkiriet
Imxejna dejjem int u jien
Sat-tmiem.